Skip to main content

Audio Audio

Mro. Giuseppe Giardini VellaJisimni Giuseppe Giardini-Vella, u jien kompożitur u surmast tal-banda. Twelidt Catania fi Sqallija nhar it-30 ta’ Settembru, 1885.  Bdejt l-istudji tiegħi fil-mużika taħt Mro. Frontini u tħarriġt fis-sengħa tal-kompożizzjoni.  Fil-bidu tas-snin 1920, ħadt f’idejja orkestra f’Tunes.

F’Settembru tal-1926 inħtart surmast tal-banda mis-Soċjetà Filarmonika La Stella u ntlabt biex nikkomponi innu  bl-isem Giovanette sull’Arpe Festanti ad unur ta’ Santa Margerita. Wara dan avviċinani Mons. Alfons Maria Hili, l-arċipriet ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex, biex nikkomponi innu-kantata, li llum magħruf bħala L-Innu l-Kbir, għall-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ.

Għaddewli kopja tal-innu miktub minn Luigi Billion bl-isem Al Glorioso Martire. Laqatni mill-ewwel u fl-1930 ktibt il-mużika għalih. Indaqq l-ewwel darba lejlet il-festa ta’ San Ġorġ tal-1931 f’It-Tokk, illum Pjazza Indipendenza. Intlaqa’ b’entużjażmu kbir tant li beda jindaqq b’mod regolari. Imbagħad, mill-1934 ’il quddiem, beda jindaqq kull sena fil-bidu tal-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis nhar il-festa. Din id-drawwa ntgħoġbot tant li malajr xterdet mal-irħula kollha t’Għawdex. Id-dritt għal dan l-innu għadda għand is-Soċjetà Filarmonika La Stella permezz ta’ kuntratt iffirmat nhar il-15 t’Awwissu, 1955.

Barra dan l-innu, ktibt diversi arranġamenti għall-Banda La Stella. Fost dawn, ktibt marċijiet devozzjonali għall-purċissjonijiet, fosthom Regina Angelorum u Salus Infermorum.  Ktibt ukoll marċijiet funebri, bħal Mater Dolorosa u Consummatum Est, li kienu jindaqqu waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li kienet toħroġ mill-knisja ta’ San Ġorġ.

Jien kont ukoll il-kompożitur tal-mużika għal żewġ operetti ħelwin li ktibt, Il Cuore di Ben u La Stella di Barberia, li taw bidu biex jiġi introdott dan il-ġeneru mużikali fil-gżira Għawdxija.

Dan il-mafkar f’ġieħi, xogħol l-artist Joseph Scerri, ġie inawgurat mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Dr. Justyne Caruana, nhar l-10 ta’ Ġunju, 2018.

Unearthing the genesis of Giuseppe Giardini-Vella’s Inno a San Giorgio Martire
minn John Galea

Aqra l-Artikolu

 

This post is also available in: English

Monument Location Mro. Giuseppe Giardini Vella Monument Location

Villa Rundle Gardens, Triq Ninu Cremona, Victoria, Gozo, Malta
Skip to content