Restawr tal-lapidi bl-ismijiet tat-toroq fiċ-Ċittadella u lapidi oħra ma’ xi binjiet fl-istess Ċittadella.

Fis-Sajf tal-2019 sar restawr tal-lapidi tal-irħam bl-ismijiet tat-toroq fiċ-Ċittadella u anke ta’ xi binjiet fl-istess Ċittadella. Dan hu parti minn programm ta’ manutenzjoni u restawr matul is-sena kollha fiċ-Ċittadella. Il-lapidi jixhdu l-istorja rikka li għaddiet minnha ċ-Ċittadella u xi wħud huma marbuta ma’ xi episodji partikulari.

This post is also available in: English