Ir-restawr fuq il-mekkaniżmu tal-arloġġ tas-seklu 18 fil-Bastjun ta’ San Mikiel, fiċ-Ċittadella, ġie inawgurat mill-Onor. Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, fit-18 ta’ Awwissu 2020. Kif imniżżel fuq il-mekkaniżmu, l-arloġġ ġie mmuntat minn wieħed Giuseppe Muscat fl-1774. Ir-restawr tal-mekkaniżmu tal-arloġġ ġie fdat f’idejn C. Schembri Watchmakers filwaqt li r-restawr fuq iż-żewġ kwadranti tal-ġebel, l-arloġġ tal-injam, it-torri, u t-travi tal-injam li jsostnu l-imrietel li jolqtu fuq it-torri tal-arloġġ, saru minn impjegati tal-Ministeru għal Għawdex.

Aktar tagħrif

Paġni 20 sa 23

This post is also available in: English