Jisimni Giovanni Agius.  Twelidt ir-Rabat, Għawdex, nhar il-31 t’Ottubru, 1712. Meta mort nistudja l-Italja, bdejt nikteb ismi sħiħ, jiġifieri inkludejt kunjom ommi, Sultana, u tajtu xeħta Latina. Għalhekk illum jirreferu għalija bħala l-Kanonku Agius De Soldanis.
Sa minn Ä‹kuniti kont tajjeb fl-iskola.  Għall-ewwel kien jgħallimni patri Kapuċċin. L-għalliema li Ä¡ew warajh ħeġġewni nkompli bl-istudji tiegħi fil-Kulleġġ tal-Ä iżwiti fil-Belt Valletta.  Hemm studjat it-TeoloÄ¡ija, il-Letteratura u l-LiÄ¡i. L-Isqof ta’ Malta, Fra Paolo Alpheran de Bussan, ħatarni kanonku tal-MatriÄ‹i t’Għawdex nhar id-29 t’Ottubru 1729. Kien għad għandi sbatax-il sena  u lanqas kont għadni Ä¡ejt ordnat saÄ‹erdot.
Meta, fl-1735, ġejt ordnat saċerdot, l-Università t’Għawdex ħatritni predikatur għall-Avvent u r-Randan ta’ dik is-sena. Dawn saru fil-Matriċi u komplew kabbru l-fama tiegħi bħala predikatur.
Bis-saħħa ta’ Jean-Melchior, ħu l-Isqof De Bussan, komplejt l-istudji tiegħi fl-Italja fejn studjajt fl-universitajiet ta’ Padova, Firenze, Cortona u Palermo. B’dan il-mod għamilt ħbieb mal-aqwa għorrief ta’ dak iż-żmien. Dawn baqgħu jikkorrispondu miegħi anke meta ġejt lura pajjiżi.
L-għerf li akkwistajt bdejt nurih f’diversi oqsma, l-aktar fl-istudju tiegħi dwar l-Ilsien Malti u l-istorja ta’ art twelidi. Fost il-kitbiet tiegħi hemm il-grammatika tal-Malti bl-isem Della Lingua Punica presentamente usata da’ Maltesi tal-1750. Ktibt ukoll ġabra ta’ kliem Malti li kien jintuża fi żmieni.  Din iġġib l-isem ta’ Damma ta’ Kliem Kartaġiniż Imxerred fil-Fomm tal-Maltin u l-Għawdxin u hi l-ewwel dizzjunarju Malti. Ktibtha bejn l-1750 u l-1767. Dan id-dizzjunarju studjawh ħafna studjużi tal-Malti fosthom Vassalli, Cremona u Aquilina.  Kont ukoll l-ewwel biblijotekarju ta’ Malta.
L-informazzjoni li Ä¡bart fuq Għawdex wasslitni biex, fl-1746, nikteb l-istorja tiegħu kif kienet magħrufa sa dak iż-żmien.  Ktibha bit-Taljan, u ġġib l-isem Gozo Antico e Moderno, Sacro e Profano.  Fl-1936, saÄ‹erdot Għawdxi ieħor, Mons. Ä użeppi Farrugia, qalibha għall-Malti.
Dan il-bust,  magħmul fl-1964 fuq inizjattiva tas-SoÄ‹jetà Storika ta’ Għawdex, iżomm il-memorja tiegħi. IÄ‹-Ä‹erimonja tal-inawgurazzjoni kienet parti mill-festi tal-Indipendenza f’Għawdex u fost dawk preżenti kien hemm il-Gvernatur Ä enerali, il-Prim Ministru u l-Kabinett tiegħu, u membri tal-Kunsill ÄŠiviku ta’ Għawdex. Id-diskors kommemorattiv sar minn Ninu Cremona.
This post is also available in:
English







