Skip to main content

Il-bankijiet mużikali, sitta b’kollox, tpoġġew f’Villa Rundle fir-Rabat. Wieħed jista’ joqgħod fuq dawn il-bankijiet, jirrilassa, jagħfas buttuna u jisma’ turrent ta’ mużika. Fuq kull bank hemm xi informazzjoni bil-Malti u bl-Ingliż. Dawk li għandhom smart phones u tablets ikunu jistgħu jiksbu aktar informazzjoni għaliex il-bankijiet għandhom QR code li tista’ jiġi skennjata sabiex wieħed ikollu aċċess għal aktar siltiet ta’ mużika, informazzjoni u ritratti.

Is-sitt bankijiet huma dwar:

  • DOMINIC GRECH (1950-2005) u THE TRAMPS
  • GĦANA u FREDU SPITERI il-Lavarist (1930-1965)
  • Il-Baned IL LEONE u LA STELLA
  • JOSEPH VELLA (1942-2018) – kompożitur u direttur tal-orkestra
  • Mons. ĠUŻEPPI FARRUGIA tal-Vers (1852-1925) – kompożitur u espert tal-arti
  • L-OPRA f’Għawdex

Map view Locations of the Musical Benches

List view List of the Musical Benches

Dominic Grech u The Tramps

Imwieled ġewwa l-Belt Victoria, Għawdex Dominic Grech, ħa sehem f’diversi festivals lokali u l-ewwel grupp vokali tiegħu kien The Rosebells. Aktar tard, huwa fforma grupp ieħor bl-isem ta’ Gemini 5 sakemm f’nofs is-snin 60 hu ifforma The Tramps. The Tramps…
MFCC - Malta Fairs & Conventions Centre, Attard, Malta (Post temporanju)
More info

Għana u Fredu Spiteri il-Lavarist

It-tradizzjoni orali tal-mużika Maltija, l-Għana, għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra għal sekli sħaħ. Fl-2021, l-Għana ġiet irrikonoxxuta mill-UNESCO, li għarfet il-valur tagħha bħala espressjoni ta’ taqbil bil-fomm u dik mużikali mal-kitarri. Illum il-ġurnata, l-ispirtu tal-Għana ssibu ħaj l-aktar waqt xi Serata…
More info

Il-Baned Il Leone u La Stella

Fil-gżejjer Maltin, il-baned bi strumenti tan-nifs minn dejjem kienu marbuta mill-qrib mal-festi tal-belt jew raħal li jsiru kull ġimgħa matul is-sajf. Id-daqq ta’ strumenti tan-nifs fil-festi Għawdxin imur lura sa mill-anqas is-Seklu 18 meta, fil-festi, għadd ċkejken ta’ daqqaqa tamborlini…
Villa Rundle Gardens, Triq Ninu Cremona, Victoria, Malta
More info

Joseph Vella – kompożitur, surmast u mużikologu

Joseph Vella twieled il-Belt Victoria, Għawdex, nhar id-9 ta’ Jannar, 1942 u hu meqjus bħala l-aktar kompożitur kontemporanju Malti ta’ fama mondjali. Nistgħu ngħidu li x-xogħlijiet tiegħu huma l-aktar xogħlijiet ta’ kompożitur Malti li huma interpretati  madwar id-dinja. Il-mużika tiegħu…
Villa Rundle Gardens, Triq Ninu Cremona, Victoria, Malta
More info

Mons. Joseph Farrugia tal-Vers – kompożitur u espert tal-arti

Mons. Ġużeppi Farrugia kien, bla dubju ta’ xejn, bniedem versatili u kapaċi f’ħafna oqsma.  Madankollu, l-aqwa attribwiti tiegħu kienu fil-qasam mużikali. Il-maġġoranza tal-kompożizzjonijiet ta’ Farrugia, u l-aħjar ukoll, huma dawk sagri u vokali.  Ġeneralment, Farrugia juża jew armonija kromatika rikka,…
Villa Rundle Gardens, Triq Ninu Cremona, Victoria, Malta
More info

L-Opra f’Għawdex

Minħabba l-qagħda ġeografika tagħha, Malta, gżira żgħira f’nofs il-Mediterran, kienet influwenzata b’mod konsiderevoli mill-kultura Taljana. Dan jgħodd, b’mod partikulari fejn tidħol l-opra. Sa mill-1631, fuq stedina tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, numru ta’ artisti, inkluż kantanti u mużiċisti, waslu Malta…
Villa Rundle Gardens, Triq Ninu Cremona, Victoria, Malta
More info
Skip to content