L-Uffiċċju prinċipali jikkordina t-taqsimiet kollha li huma responsabbli mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali. Dan l-Uffiċċju jassigura l-protezzjoni, ir-restawr u l-aċċessibbiltà tas-siti tal- wirt kulturali ta’ Għawdex taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jippromovi avvenimenti kulturali biex Għawdex jibqa’ attrazzjoni turistika distinta matul is-sena. Permezz tal-edukazzjoni u l-informazzjoni l-Uffiċċju huwa responsabbli biex jiżdied l-għarfien fuq il-valur tal-wirt kulturali fost ir-residenti u t-turisti li jżuruna.
Head Office
L-Uffiċċju Amministrattiv taċ-Ċittadella
L-Uffiċċju Amministrattiv taċ-Ċittadella huwa responsabbli mit-tmexxija u l-manutenzjoni taċ-Ċittadella. L-Uffiċċju jmexxi ċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella, li joffri esperjenza ta’ interpretazzjoni awdjoviżiva lill-viżitaturi. Il-missjoni ta’ dan l-uffiċċju hija li jikkonserva u jirrestawra dan il-monument storiku filwaqt li joffri lill-viżitaturi esperjenza unika. Imexxi wkoll iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella, li huwa ‘hub’ għall-wirjiet, seminars, konferenzi u lectures.
It-Taqsima tal-Avvenimenti Kulturali
- Organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali
- Appoġġ loġistiku għal avvenimenti kulturali
- Pubbliċità għal avvenimenti kulturali
- Kalendarju Kulturali dettaljat tal-avvenimenti dwar Għawdex
- Postijiet għall-wirjiet u attivitajiet ta’ natura kulturali
- Servizzi offruti mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (taqsima Għawdex – Pubblikazzjonijiet maħruġa mid-DOI)
It-Taqsima tar-Restawr
Din it-taqsima hija responsabbli għall-interventi ta’ restawr, rijabilitazzjoni, manutenzjoni u konservazzjoni f’siti ta’ wirt taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, niċeċ, statwi u monumenti madwar Għawdex u Kemmuna. L-abseilors jimmoniterjaw u jirrestawraw il-ħitan taċ-Ċittadella u l-wiċċ tal-irdum tat-Tramuntana, flimkien mal-kisi tal-ġebel li jissiġġillaw diversi għerien u daħliet.
This post is also available in: English