Għar Gerduf huwa sit Ruman tad-dfin u tassew uniku f’Għawdex, li jmur lura għas-seklu 3/4, magħruf aħjar bħala l-era paleo-Kristjana. Hija mbejqa f’Wied il-Lunzjata, fil-limiti ta’ Kerċem. Dejjem ġibed l-attenzjoni ta’ studjużi interessati fl-arkeoloġija tal-gżejjer tagħna. Diġà msemmi minn Gian Franġisk Abela, is-sit żaruh viżitaturi erudici li spiss kienu jinkludu deskrizzjoni tal-post bħalma għamlu għall-Ġgantija u ċ-Ċirku tax-Xagħra (Brochtorff). L-importanza ta’ Għar Gerduf tista’ tiġi apprezzata meta wieħed iqis li kien l-uniku sit Feniċju, Kartaġiniż u Ruman f’Għawdex, inkluż fl-Att dwar il-Ħarsien tal-Antikitajiet tal-1925. Għar Gerduf huwa l-uniku katakombi tard Ruman u Biżantin f’Għawdex deskritt mill-Professur Mario Buhagiar fl-istħarriġ monumentali tiegħu tal-1986 li għalih nafu fejn jinsab eżatt u li għadu jidher. Fl-2000 (Avviż 856), il-MEPA skedat Għar Gerduf bħala sit arkeoloġiku Klassi A, skedar li huwa komparabbli ma’ dak mogħti lill-Imnajdra u Ħaġar Qim, bħala rikonoxximent tal-istatus uniku tiegħu fost il-monumenti tal-wirt kulturali Għawdxi. Rivalutazzjoni riċenti sostniet li Għar Gerduf għandu karatteristiċi li jvarjaw minn siti kontemporanji f’Malta li jassumu funzjonijiet funerarji distintivi f’Għawdex.

Riċentament il-Ministeru għal Għawdex kiseb l-ownership ta’ din il-proprjetà. Iz-zona esproprjata tinkludi l-footprint tal-katakombi nfushom flimkien mal-art ta’ quddiem. Saru investigazzjonijiet ġeoloġiċi sabiex jiġi evalwat l-istat attwali tal-Għar, peress li kien identifikat riskju imminenti ta’ kollass strutturali. Dawn l-investigazzjonijiet ippermettew li jiġu ddeterminati t-tip u l-firxa tal-interventi ta’ konsolidament meħtieġa. Sussegwentement, inkisbu l-permessi neċessarji mingħand l-entitajiet regolatorji kompetenti sabiex jitwettqu l-interventi meħtieġa. Ix-xogħlijiet ta’ konsolidament tal-blat tal-Għar twettqu kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra tal-Għar.

Aktar tagħrifAktar tagħrif

Paġni 38 sa 39

This post is also available in: English