jinsab fuq żewġ ġibjuni antiki tal-ilma mibnija fis-snin 70 f’parti mill-Foss taċ-Ċittadella. Il-masterplan taċ-Ċittadella rrakkomandat li ż-żewġ ġibjuni jinbidlu f’Ċentru tal-Viżitaturi biex joffri l-faċilitajiet ta’ interpretazzjoni tant meħtieġa fiċ-Ċittadella. Twettqu xogħlijiet ta’ konverżjoni bħala parti mill-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella.
Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi hu maqsum f’żewġ oqsma ewlenin. L-ewwel zona toffri numru ta’ touch screens interattivi u pannelli stampati li jittrattaw diversi aspetti taċ-Ċittadella fosthom l-evoluzzjoni taċ-Ċittadella, in-natura, l-istorja militari, l-istorja ekkleżjastika u l-istorja ċivili. Iz-zona l-oħra nbidlet f’teatru ‘surround’ fejn il-viżitaturi jistgħu jaraw filmat ta’ tmien minuti dwar il-mumenti ewlenin tal-istorja millenarja taċ-Ċittadella. L-informazzjoni kollha hija disponibbli fi tmien lingwi.