Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-website uffiċjali tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali fuq www.culturalheritagegozo.gov.mt u ġiet aġġornata l-aħħar fit-23/10/2025.

Id-Direttorat tal-Wirt Kulturali huwa impenjat li jiżgura l-aċċessibilità diġitali għal persuni b’diżabilità. Qegħdin kontinwament intejbu l-esperjenza tal-utent għal kulħadd, u napplikaw l-istandards tal-aċċessibilità rilevanti.

 

Status tal-Konformità

Il-Linji Gwida tal-Aċċessibilità tal-Kontenut tal-Web (WCAG) jiddefinixxu r-rekwiżiti għad-disinjuri u l-iżviluppaturi biex itejbu l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità. Jiddefinixxu tliet livelli ta’ konformità: Livell A, Livell AA, u Livell AAA. Il-website tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali hija parzjalment konformi mal-W3 WCAG livell AA li jikkorrispondi għall-EN 301 549 skont id-Direttiva Ewropea dwar l-Aċċessibilità tal-Web. Konformità parzjali tfisser li xi partijiet mill-kontenut għadhom ma jikkonformawx bis-sħiħ mal-istandard tal-aċċessibilità.

 

Kompatibilità ma’ Browsers u Teknoloġija ta’ Assistenza

Il-website culturalheritagegozo.gov.mt hija ddisinjata biex taħdem ma’ Microsoft Edge u l-aħħar żewġ verżjonijiet tal-browsers Firefox u Chrome.

 

Miżuri ta’ Aċċessibilità

L-aċċessibilità tal-website tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali tiddependi fuq teknoloġiji HTML biex taħdem mal-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-web u kwalunkwe teknoloġiji ta’ assistenza jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek.

Din it-teknoloġija hija meħtieġa għall-konformità mal-istandards tal-aċċessibilità użati.

Il-website tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali timplimenta l-karatteristiċi ta’ aċċessibilità li ġejjin:

  • Tinżamm ġerarkija konsistenti ta’ Intestaturi HTML u l-arranġament tal-informazzjoni fuq paġni web differenti.
  • Jiżdied titlu tal-immaġni, alt tag u caption fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
  • Il-kuntrast tal-kulur għat-test jiġi massimizzat fejn applikabbli.
  • It-test attwali tal-links huwa deskrettiv biżżejjed biex jinforma lill-utent fejn jipponta l-link.
  • Implimenta l-links esterni kollha sabiex jinfetħu f’tabs ġodda tal-browser.
  • Implimenta s-sottotitli f’kemm jista’ jkun kontenut multimedjali.

 

Limitazzjonijiet

Il-limitazzjonijiet li ġejjin huma osservati fil-preżent:

  • F’xi każijiet jista’ ma jkunx hemm proporzjon minimu ta’ kuntrast bejn it-test u l-isfond.
  • Xi IDs tal-Elementi mhumiex uniċi.
  • F’xi każijiet jista’ ma jkunx ċar liema element tal-paġna għandu l-fokus mit-tastiera.

Id-Direttorat tal-Wirt Kulturali implimenta programm ta’ titjib kontinwu biex jirrettifika dawk imsemmija hawn fuq, madankollu minkejja l-isforzi kollha tagħna biex niżguraw l-aċċessibilità tal-website tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali, jista’ jkun hemm xi limitazzjonijiet li jistgħu jkunu għaddew inosservati jew li huma ppjanati li jsiru aċċessibbli dalwaqt. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tosserva xi problema bħal din fil-website tagħna.

 

Feedback u Dettalji ta’ Kuntatt

Aktar ma npoġġu servizzi u riżorsi online, aktar ikun probabbli li jseħħu problemi tekniċi, iżda nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe problema ta’ aċċess malajr. Hawn hu fejn għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Jekk tesperjenza xi diffikultajiet fl-aċċess għall-website culturalheritagegozo.gov.mt, jew ikollok problemi fl-użu ta’ xi aspett tal-website, jekk jogħġbok għarrafna.

Tista’ tikkuntattjana bl-email fuq culturalheritage.mgp@gov.mt, jew bit-telefon fuq 2215 5376.

 

Proċedura ta’ Infurzar

F’każ li l-mistoqsija tiegħek relatata mal-aċċessibilità tal-ICT ma tiġix indirizzata fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ARR, jew tixtieq tressaq ilment formali, tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA fuq 21336840, jew billi timla l-formola ta’ ilment online fuq​ https://www.mca.org.mt/accessibilitycomplaint​.

This post is also available in: English