Skip to main content

minn George Mario Attard

It-tradizzjoni orali tal-mużika Maltija, l-Għana, għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra għal sekli sħaħ. Fl-2021, l-Għana ġiet irrikonoxxuta mill-UNESCO, li għarfet il-valur tagħha bħala espressjoni ta’ taqbil bil-fomm u dik mużikali mal-kitarri. Illum il-ġurnata, l-ispirtu tal-Għana ssibu ħaj l-aktar waqt xi Serata Spirtu Pront.

Ir-Rabti Fredu Spiteri il-Lavarist, magħruf ukoll bħala r-Reverist, kien kiseb fama nazzjonali bħala għannej, daqqaq, makkjettist u attur komiku. Il-karattru ċajtier u spirtu pront tiegħu kien iferraħ lil dawk kollha ta’ madwaru. Il-palk ma kellux konfini għalih: lil Fredu kont issibu jgħanni waqt ix-xogħol, f’xi żjara fid-djar tal-anzjani u l-isptar, f’sezzjonijiet spontanji tal-Għana fit-toroq, fis-Serati ta’ Varjetà mal-Muskettieri, jew f’xi festa, speċjalment waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival fir-Rabat, Għawdex. Permezz tal-kontribut tiegħu, sewwa f’avvenimenti formali u dawk spontanji, Fredu jibqa’ mfakkar b’mod ħaj fil-memorja kollettiva tal-poplu.

 

[…]
Fredu mhux bniedem komuni
la tgħidux li rrid ngħallih
għax in-nies fil-Buskett jiġu
kważi kollha mħabba fih.

[…]
Forsi hawn min qiegħed jgħidli
bi Fredu kemm sa tiftaħar
għax Fredu naf x’kien isarraf
jien għadira, Fredu baħar.

[…]
Hawn tispiċċa din l-istorja,
jew disgrazzja ‘nkella Fatt.
Jekk jinsewk in-nies tad-dinja
lilek jien ma ninsik qatt.

Xi stanzi mill-fatt ‘Id-Disgrazzja ta’ Fredu l-Għawdxi’ ta’ Mikiel Abela il-Bambinu, 1988.

maqlub għall-Malti minn George Mario Attard

Photo Credits: George Mercieca
Sound Clips: “It-tfajla tal-Belt”, “L-arka ta’ Noe”, “Id-dawra m’Għawdex”  Credit: Amante Mercieca

This post is also available in: English

Gallery Gallery

Video Video

Skip to content