Fil-gżejjer Maltin, il-baned bi strumenti tan-nifs minn dejjem kienu marbuta mill-qrib mal-festi tal-belt jew raħal li jsiru kull ġimgħa matul is-sajf. Id-daqq ta’ strumenti tan-nifs fil-festi Għawdxin imur lura sa mill-anqas is-Seklu 18 meta, fil-festi, għadd ċkejken ta’ daqqaqa tamborlini e fifri (tamburlini u l-fifri) kienu jakkompanjaw il-purċissjonijiet. Imbagħad, matul l-ewwel nofs tas-Seklu 19, niltaqgħu ma’ numru ta’ gruppi ċkejkna, magħrufa bħala suonatori di banda (mużiċisti tal-banda). Madankollu, kien biss fit-tieni nofs tas-Seklu 19 li naraw it-twaqqif uffiċjali taż-żewġ baned tal-Belt Victoria. Dawn huma l-banda Il Leone, marbuta mal-festa tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna ċċelebrata nhar il-15 t’Awwissu, u l-banda La Stella, marbuta mal-festa ta’ San Ġorġ iċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Lulju. Barra l-marċijiet, iż-żewġ baned jorganizzaw kunċerti li fihom jindaqqu diversi ġeneri ta’ mużika li jvarjaw mill-mużika sinfonika sa dik pop, rock u mużika tal-films.
Matul is-snin, dawn iż-żewġ baned kellhom il-każini tagħhom f’postijiet differenti, imma llum it-tnejn għandhom il-każin tagħhom fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat. Maż-żewġ każini hemm marbuta żewġ teatri meraviljużi tal-opra li fihom, ta’ kull sena, jiġu ppreżentati produzzjonijiet operistiċi.
minn Joseph Debrincat
maqlub għall-Malti minn Carm C. Cachia
Sound Clips:
Inno Il Leone by Giuseppe Stivala – Leone Band conducted by Colin Attard
Inno La Stella by Giuseppe Giardini Vella – La Stella Band conducted by Joseph Vella
Per la Festa di Maria Assunta in Cielo – Lyrics by Ramiro Barbaro di San Giorgio; Music by Orlando Crescimanno. Leone Band conducted by Colin Attard
Għawdex Kollu Tbiddel f’Ġenna – Lyrics by Ġanninu Cremona; Music by Vincenzo Ciappara. Leone Band conducted by Colin Attard
Ifraħ, Ifraħ, Belt tas-Sema – Lyrics by Giovanni Gulia; Music by Willie Attard. Leone Band conducted by Colin Attard
Ferreħija Jdoqqu l-Qniepen – Lyrics by Koli Apap; Music by Willie Attard. Leone Band conducted by Colin Attard
Inno a San Giorgio Martire – Lyrics by Luigi Billion; Music by Giuseppe Giardini Vella.
Innu Popolari lill-Kbir Martri San Ġorġ – Lyrics by Patri Akkursio Xerri; Music by Vincenzo Ciappara.
Ġorġi ta’ Lydda – Lyrics by Can Joe Meilak; Music by Joseph Vella.
This post is also available in: English