Mons. Ġużeppi Farrugia kien, bla dubju ta’ xejn, bniedem versatili u kapaċi f’ħafna oqsma. Madankollu, l-aqwa attribwiti tiegħu kienu fil-qasam mużikali. Il-maġġoranza tal-kompożizzjonijiet ta’ Farrugia, u l-aħjar ukoll, huma dawk sagri u vokali. Ġeneralment, Farrugia juża jew armonija kromatika rikka, tista’ tgħid stil Ġermaniż, jew l-istil konvenzjonali Taljan, jew taħlita tat-tnejn. Iż-żewġ “Responsoria” Georgi Miles Inclyte ( tal-1878 u riveduta fl-1892) u Praeclara custos virginum (tal-1893) huma ż-żewġ “cavalli di battaglia” fost l-“oeuvre” (ix-xogħlijiet kollha) ta’ Farrugia li għadhom jindaqqu sal-lum. Wieħed jista’ jargumenta li l-mużika (sagra) ta’ Farrugia għandha mill-mużika operistika. L-Hodie Egressa Est (tal-1884 u riveduta fl-1910) hi antifona ad unur tal-Immakulata Konċezzjoni u hi tassew xogħol drammatiku li jirrifletti d-dwell “ontoloġiku” jew il-konfrontazzjoni bejn Satana u Sine Macula. Joseph Fili David (tal-1896) issegwi mill-qrib lil dik li għadna kemm semmejna. Kif kienet id-drawwa fil-kitba tal-antifoni, dawk ta’ Farrugia huma festivi ħafna.
L-overture (sinfonija) Alla Mia Patria, hi l-uniku xogħol strumentali ta’ Farrugia li hu maħsub għall-banda. L-istil ta’ din l-overture jikkumplimenta l-forma.
Il-mużika ta’ Farrugia hi taħlita bejn karatteristiċi stilistiċi rfinuti u karatteristiċi demagoġiki popolari.
minn Stephen Attard
maqluba għall-Malti minn Carm C. Cachia
Photo Credits: George Cassar
Sound Clip: Hymnus – Georgi Miles Inclyte (1878) – “O Heros invictissime”
Vespers (1900) – “Domine ad adiuvandum me”
Rumen Doikov (tenor), Luadate Pueri Choir, Victoria Festival Orchestra conducted by Joseph Vella
This post is also available in: English