L-Għajn ta’ Bendu tinsab fi Pjazza l-Għejjun, fir-raħal tal-Fontana. Fl-2022 waqa’ parti mis-saqaf ta’ din l-għajn u bħala prekawzjoni ġie magħluq b’mod immedjat għall-pubbliku. Fl-istess ħin il-Kunsill Lokali tal-Fontana ressaq applikazzjoni ta’ emerġenza lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isir xogħol ta’ restawr. Ix-xogħol kollu tlesta mit-Taqsima tar-Restawr tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

This post is also available in: English