Il-Knisja ddedikata lil Sidtna Marija, jew kif inhi magħrufa, Ta’ Savina, dan l-aħħar sarilha xogħol estensiv ta’ restawr mill-ħaddiema fi ħdan id-Direttorat għall-Wirt Kulturali (Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar). Sar tikħil u tibdil ta’ ġebel, xogħol fil-koppletta, restawr tat-travi tal-ħadid fis-saqaf tal-presbiterju, u restawr tal-aperturi tal-injam. Xogħol ieħor, din id-darba minn kuntratturi, kien jinkludi restawr tal-ħġieġ dekorattiv u tibdil fis-sistema ta’ illuminazzjoni. ‘il quddiem ser isir xogħol ta’ restawr fuq il-parti ta’ barra tal-istess Knisja.

This post is also available in: English