Il-funtana tat-Tliet Għoljiet, f’Victoria, quddiem il-kampus tas-Sixth Form ta’ Għawdex, magħrufa minn kulħadd bħala parti integrali mill-patrimonju ta’ Għawdex, ingħatat id-disinn kunċettwali preċedenti tagħha fl-intier tagħha. Il-Kunsill Skolastiku ressaq proposta biex il-balavostri tal-franka li kienu jgħattu l-funtana jiġu mibdula b’rixtellu tal-ħadid, fidil għad-disinn oriġinali tal-eks għalliem u artist Għawdxi, Carmel Grech.

Minbarra li l-balavostri tal-ġebla tal-franka jkunu artistikament barra t-ton mil-linji modernisti sempliċi tal-funtana, l-istat mitluq reċenti tagħhom kien sar ovvju hekk kif l-erożjoni fiżika kompliet tħalli t-traċċi tagħha. Barra minn hekk, il-balavostri tal-ġebel kienu joskuraw il-funtana.

It-tneħħija tal-balavostri tal-ġebla tal-franka, ir-rikostruzzjoni tal-pedamenti tal-ħajt tal-konfini u r-rilokazzjoni ta’ pedestall saru minn ħaddiema tas-sengħa tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali filwaqt li r-rixtellu tal-ħadid maħdum artistikament bid-disinn oriġinali distintiv tiegħu huwa xogħol il-ħaddiema tal-manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat tal-EkoGħawdex. Ix-xogħlijiet kienu sorveljati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

This post is also available in: English