Dan il-ktieb jiddokumenta l-avveniment artistiku u kulturali “Identity of an Island – Gozo: Art between past and present” li seħħ fit-Teatru Astra, fir-Rabat, Għawdex, matul ix-xahar ta’ Mejju 2022, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Dr Mark Sagona, Kap tad-Dipartiment tal-Arti u Storja tal-Arti fl-Università ta’ Malta.
Jippubblika t-tmien karti dwar aspetti differenti tal-arti f’Għawdex li ġew mogħtija minn Frederica Agius, Christian Attard, Charles Cassar, Nikki Petroni, Mark Sagona, Nicoline Sagona, Giuseppe Schembri Bonaci u Conrad Thake, waqt il-konferenza, u jiddokumenta l-proġetti ta’ arti kontemporanja li ġew installati fl-ispazji tat-Teatru Astra u l-foyer li għadu kif ġie rranġat. Il-ktieb jiċċelebra wkoll il-figura pijunier tal-artist modern Malti Frank Portelli (1922-2004) fl-ewwel ċentinarju mit-twelid tiegħu.
This post is also available in: English