Il-Misteru tal-Gran Kastell hi pubblikazzjoni ġdida dwar l-istorja taċ-Ċittadella mnedija mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, bil-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta, fil-preżenza ta’ studenti mill-iSkola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof.
Dan il-ktieb, li hu mmirat b’mod partikolari għall-istudenti tal-ewwel snin tas-sekondarja, għandu kitba ta’ Carm Cachia u illustrazzjonijiet ta’ Cherise Micallef.
Din il-pubblikazzjoni qed titnieda fl-okkażjoni tal-400 anniversarju mit-tlestija ta’ diversi xogħlijiet li sawru l-fortifikazzjonijiet tal-Gran Kastell, jew kif nafuha aħjar, iċ-Ċittadella.
Tista’ taqra verżjoni online f’din il-link:
https://issuu.com/visitgozo/docs/il-misteru_tal-gran_kastell
This post is also available in: English