Skip to main content

Din il-pubblikazzjoni tippreżenta t-traduzzjonijiet tal-epitafji bil-Latin li jinsabu fil-Katidral ta’ Għawdex, u b’hekk tagħti ħajja lil dawn it-teżori storiċi billi tikxef il-messaġġi li jwasslu u l-istejjer tal-erwieħ li jfakkru. Permezz tal-interpretazzjoni tagħhom, l-epitafji jsiru s-suġġett ta’ investigazzjoni antropoloġika, li toffri tagħrif dwar il-ħajja, l-identità u l-memorji ta’ dawk li jonoraw. Il-ktieb jestendi wkoll il-firxa tiegħu biex jinkludi l-lapidi kommemorattivi li jinsabu fil-viċinanzi immedjati taċ-Ċittadella, fil-qalba taċ-ċentru storiku tar-Rabat, Għawdex.

This post is also available in: English

Back to top