It-Tielet Edizzjoni Mkabbra tal-ktieb Il-Qilla tal-Gwerra Fuq Għawdex 1940–1943, hija xogħol ta’ valur storiku u dokumentarju kbir, maħsub għal studjużi tal-istorja, għall-anzjani li għexu t-tbatijiet tal-gwerra, kif ukoll għal kull min għandu interess fl-istorja ta’ pajjiżna. Din l-edizzjoni, li hija ferm aktar komprensiva minn dik tal-2020, tinkludi 720 paġna, 48 paġna ta’ ritratti storiċi u madwar 1,600 referenza, frott ta’ riċerka metikoluża li saret tul bosta snin. Lil hinn mill-ġrajjiet storiċi, il-ktieb jagħti importanza kbira lill-aspett soċjali, u b’hekk jippreżenta stampa aktar sħiħa u awtentika tal-ħajja u t-tbatijiet tal-Għawdxin matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan il-volum monumentali jimla vojt importanti fl-istorja ta’ Għawdex u jservi ta’ tifkira dejjiema għal dawk kollha li batew, sofrew u tilfu ħajjithom taħt il-qilla tal-gwerra. Fuq kollox, huwa frott ta’ dedikazzjoni u mħabba kbira lejn il-verità storika u lejn Għawdex, art twelid l-awtur.
This post is also available in:
English










