Dan il-ktieb huwa differenti mid-diversi kotba oħra dwar il-gwerra li kiteb l-awtur, għaliex jirrakkonta l-istorja tal-Airfield ta’ Għawdex, li sal-lum għadu l-unika airstrip li qatt inbniet f’Għawdex. L-awtur jikteb dwar il-ħtieġa għall-airfield u l-bini tiegħu mill-Amerikani, kif ukoll dwar it-twaqqigħ tat-torri magħruf ta’ Gourgion, li l-Gran Mastru Adrian De Wignacourt kien bena f’Għawdex fl-1690, fil-lokalità magħrufa bħala ‘Ta’ Lambert’. Il-kapitli l-oħra tal-ktieb huma wkoll interessanti, u l-ġrajjiet irrakkuntati, li jirriflettu xhieda diretta mill-ewwel persuna permezz ta’ kitbiet fid-djarji, jagħmlu l-ktieb saħansitra aktar interessanti u impenjattiv.
This post is also available in:
English









