Sar xogħol ta’ restawr mir-Restoration Unit fi ħdan id-Direttorat għall-Wirt Kulturali (Ministeru għal Għawdex) fuq il-monument tal-Papa Ġwanni Pawlu II, f’Victoria. Dan il-monument hu xogħol l-iskultur Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi u kien sar fil-bronż fl-2006. Kien ġie inawgurat mill-President ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, Dr Edward Fenech Adami, fis-16 ta’ Ottubru tal-istess sena. Dan ir-restawr sar b’konsultazzjoni sħiħa mad-ditta tar-restawr ReCoop Ltd.

This post is also available in: English