Skip to main content

Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali (Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar) bħalissa qed jagħmel proġett kbir ta’ titjib fuq l-esperjenza awdjoviżiva 360° fi ħdan iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella. Din il-ġimgħa 16-il lamp projector li pprovdew servizz affidabbli u bla waqfien lil aktar minn 585,900 viżitatur matul l-aħħar 8 snin, qed jiġu sostitwiti b’teknoloġija tat-tip LED. Din l-aħħar verżjoni hi-tech fis-suq, filwaqt li hija ferm aktar effiċjenti fl-enerġija, tipprovdi immaġini ta’ kwalità aħjar, aktar effettiva u aktar qawwija għall-esperjenza viżiva eżistenti.

Xogħlijiet ta’ installazzjoni u settings ta’ allinjament fuq il-ħitan taċ-ċentru tal-viżitaturi huma mbassra li jkunu lesti sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa 7 ta’ Settembru 2024.

Konsegwentement, fil-jiem li ġejjin is-sezzjoni tal-esperjenza awdjoviżiva se tkun magħluqa għall-pubbliku ġenerali. L-ewwel żona taċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella u siti oħra tal-HM se jibqgħu aċċessibbli skont il-ħinijiet tal-ftuħ tas-soltu.

Id-Direttorat jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent li jkun ikkawżat.

This post is also available in: English

Skip to content