“Mal-Aħħar Mewġiet“, l-għaxar damma ta’ poeżiji ta’ Charles Bezzina, poeżiji li waqt li l-forma tagħhom hi tradizzjonali, il-kontenut huwa modern, b’metafora friska u kontemporanja, li ġeneralment tintrabat mal-baħar. Fi kliem il-poeta nnifsu, il-versi huma “liriċi u sentimenti ta’ bniedem sensittiv, li jiġġarrab u jweġġa’ b’dak li jara ħażin madwaru, u ma jistax iġerrgħu, li jħoss u jifraħ f’mumenti li aktarx jgħaddu malajr, u li jistaqsi u jhewden dwaru nnifsu, f’din il-ħajja mgħaġġla li qiegħda tinbidel ta’ kuljum”. Il-ktieb fih Nebħ Analitiku ta’ Tarċisju Zarb.
Dan il-ktieb ta’ poeżiji ġie ppubblikat bl-għajnuna finanzjarja tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u ta’ Heritage Malta.
This post is also available in: English