Skip to main content

Bl-iskop li nkomplu nsaħħu l-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza minn Għawdex, Malta u barra minn xtutna, u għalhekk anke tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi skema li permezz tagħha għandu l-intenzjoni li jassisti lid-disinjaturi/organizzazzjonijiet tal-Karnival biex jikru fond li jkun jista’ jintuża sabiex fih jinbnew il-karrijiet.

Il-fond irid jinkera għal perjodu sa massimu ta’ 3 snin, li jista’ jiġi estiż fuq bażi annwali. Kull applikant j/tista’ j/tingħata rimbors sa massimu ta’ għoxrin elf ewro (€20,000.00) fis-sena, inkluża l-VAT, li jkopri l-kera tal-fond. L-iSkema tkun miftuħa għal tliet (3) xhur biss mid-data tal-publikazzjoni.

Il-Ministeru għal Għawdex ser jaħtar Bord tal-Għażla. Mill-applikazzjonijiet li jidħlu, dan il-Bord tal-Għażla, f’isem il-Ministeru, jara li l-istess applikazzjonijiet jilħqu l-kriterji tal-eliġibilità.

L-applikazzjoni ssir online fuq is-sit elettroniku https://gozo.gov.mt. F’dan l-istess sit elettroniku wieħed isib mehmuż il-Linji Gwida u Regolamenti tal-iSkema, inkluż il-kriterji tal-eliġibilità.

This post is also available in: English

Skip to content