Skip to main content

Ix-xahar ta’ Ottubru sar sinonimu ma’ għadd ta’ avvenimenti relatati mal-Opra li jiġu organizzati fil-gżira Għawdxija u li huma mfittxija minn bosta dilettanti tal-Opra. Din is-sena, is-Sibt 14 ta’ Ottubru, 2023, fit-teatru tal-Opra tal-Aurora se tiġi ppreżentata l-Opra klassika “Madama Butterfly” ta’ Puccini. Dan filwaqt li fis-26 u t-28 ta’ Ottubru, 2023 fit-teatru tal-Opra tal-Astra se tittella’ l-Opra distinta ta’ Verdi bi tliet atti, “Rigoletto”, l-ewwel opra tat-triloġija famuża ta’ Verdi li tinkludi wkoll “Il Trovatore” u “La Traviata”.

Apparti l-Opri matul dan ix-xahar isiru kunċerti, esibizzjonijiet, kif ukoll workshops u attivitajiet oħra għal dawk kollha interessati.

Dan hu programm sħiħ ikkoordinat mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Segwu l-programm sħiħ f’din il-link: https://issuu.com/visitgozo/docs/opera_season

This post is also available in: English

Skip to content