Ftehim ta’ fondi bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Università ta’ Malta dwar In-Nawfraġju Feniċju barra Għawdex Xogħlijiet ta’ wara l-iskavar (2022 – 2025).
Is-suċċess spettakolari tal-iskavi li saru bejn l-2018 u l-2021 fuq in-nawfraġju tal-Feniċi pproduċew numru ta’ riżultati ta’ livell għoli. Dawn qed jikkontribwixxu mhux biss għal għarfien aħjar tal-Feniċi f’Għawdex iżda wkoll tar-rwol tal-Gżejjer Maltin fil-Mediterran Arkajku.
Ir-riżultati jeħtieġu tkomplija ta’ skavar u studji kontinwi minn tim ta’ esperti internazzjonali mmexxija mill-Università ta’ Malta. Il-finanzjament (għotja ta’ ħamsa u tletin elf Ewro (€35,000) fis-sena għas-snin 2022, 2023, 2024, u 2025) mill-Ministeru għal Għawdex se jiffaċilità b’mod sħiħ għall-istudju tas-sit li jirriżulta f’riżultati aktar sostantivi u tanġibbli.