Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex – jissalvagwardja s-siti tal-wirt nazzjonali tagħna. Dan huwa konformi ma’ waħda mill-missjonijiet tad-Direttorat: li jaqdi d-dmirijiet tal-Ministeru għal Għawdex biex jassigura l-protezzjoni, ir-restawr u l-aċċessibbiltà tas-siti ta’ wirt kulturali ta’ Għawdex taħt il-mandat tiegħu.

Żewġ ritratti mehmuża huma tal-2014, meta Dr Caroline Malone, Investigatur Prinċipali mill-Università ta’ Queens, Belfast, flimkien ma’ tim ta’ arkeoloġi, ħadmu fuq it-tħaffir ta’ sit rari ta’ insedjament f’Taċ-Ċawla. Dan is-sit ġie investigat għall-ewwel darba fl-1994 u fl-1995.

This post is also available in: English