Skip to main content

Joseph Scicluna ngħata l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 fil-kategorija tar-Riċerka Storjografika għall-pubblikazzjoni ‘Jacques Francois de Chambray – The Order he served, The Island he loved, The Fort he built’. L-unur ingħata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (Malta) f’ċerimonja li saret riċentament fil-Mużew Marittimu ta’ Malta.

Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa kburi li kkontribwixxa finanzjarjament għat-twettiq ta’ din il-pubblikazzjoni mill-isbaħ.

Prosit Joseph u Kite Group. Xogħol monumentali.

Ritratti ġentilment mogħtija mill-awtur.

Aqra aktar dwar il-pubblikazzjoni

This post is also available in: English

Skip to content