Din il-pubblikazzjoni hija magħmula minn 100 paġna, kollha mimlija tagħrif u ġmiel. Hija tilħaq b’mod mill-aqwa żewġ għanijiet: minn naħa, toffri storja konċiża iżda komprensiva taċ-Ċittadella (u ta’ Għawdex), u min-naħa l-oħra, tagħti ġieħ lill-ġmiel u s-seħer straordinarju tagħha. Iżda l-ktieb mhuwiex biss ġabra ta’ tagħrif storiku; huwa wkoll stedina biex wieħed jiskopri, japprezza u jammira post li s-sinifikat tiegħu jmur lil hinn minn dak li tidher toffri l-ġebla tiegħu. Il-ktieb jenfasizza x-xogħol estensiv ta’ riabilitazzjoni u restawr li sar fis-sit, filwaqt li jsemmi kisbiet importanti bħall-proġett ta’ Riabilitazzjoni u Restawr taċ-Ċittadella, li rebaħ il-prestiġjuż Premju tal-Għażla tal-Pubbliku Regiostars 2022 tal-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ ritratti mill-isbaħ u tagħrif miġbur b’reqqa, il-ktieb jagħti ħajja lill-istorja rikka taċ-Ċittadella u jressaq is-sbuħija tagħha eqreb lejn kulħadd.
This post is also available in:
English










