Skip to main content

Fetħu l-Applikazzjonijiet għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027

L-applikazzjonijiet issa huma miftuħa għall-edizzjoni tal-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027, li ser isir bejn is-Sibt 30 ta’ Jannar u t-Tlieta 9 ta’ Frar 2027.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi online sal-15 ta’ Lulju 2026 permezz tal-websajt uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex::  ghawdex.gov.mt

Fuq is-sit elettroniku ssibu:

  • Il-Formola tal-Applikazzjoni
  • Il-Linji Gwida
  • Ir-Regolamenti Uffiċjali

Dawk interessati jistgħu wkoll jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sabiex jesprimu l-interess li jagħmlu l-Karru tar-Re tal-Karnival 2027.

Titlifx l-opportunità li tkun parti minn waħda mill-akbar ċelebrazzjonijiet kulturali ta’ Għawdex!

This post is also available in: English

Back to top