Skip to main content

Skema ta’ għajnuna finanzjarja lil individwi/organizzazzjonijiet sabiex jikru proprjetà fejn jinbnew karrijiet tal-karnival jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027.


Bl-għan li jkompli jissaħħaħ il-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tattira udjenza minn Għawdex, Malta u minn barra, u għalhekk ukoll tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jerġa’ jniedi skema li permezz tagħha se jgħin lil individwi jew organizzazzjonijiet jikru proprjetà li tista’ tintuża biex jinbnew karrijiet tal-karnival jew maskri grotteski.

 Il-post irid jinkera għal perjodu minimu ta’ sena, li jista’ jiġi estiż fuq bażi annwali. Kull applikant jista’ jingħata għotja sa massimu ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000.00) fis-sena jekk jibni karrijiet fis-Sezzjonijiet A u B, u sa massimu ta’ għaxart elef ewro (€10,000.00) fis-sena jekk jibni maskri grotteski jew karrijiet fis-Sezzjoni C. Fiż-żewġ każijiet, l-għotja tkopri l-kera tal-post.

 L-Iskema se tkun miftuħa għal xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar se jaħtar Bord tal-Għażla. Mill-applikazzjonijiet li jidħlu, dan il-Bord tal-Għażla, f’isem il-Ministeru, jivverifika li l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà.

 L-applikazzjoni għandha ssir biss online fuq il-website https://gozo.gov.mt. Fil-website wieħed isib mehmużin il-Linji Gwida u r-Regolamenti tal-Iskema, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà.

This post is also available in: English

Back to top