Bl-iskop li nkomplu nsaħħu l-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza minn Għawdex, Malta u barra minn xtutna, u għalhekk anke tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jerġa’ jniedi skema li permezz tagħha għandu l-intenzjoni li jassisti lil individwi/organizzazzjonijiet biex jikru fond li jkun jista’ jintuża sabiex fih jinbnew il-karrijiet jew maskri grotteski.
Il-fond irid jinkera għal perjodu minimu ta’ sena, li jista’ jiġi estiż fuq bażi annwali. Kull applikant jista’ jingħata għotja sa massimu ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000.00) fis-sena jekk jibni l-karrijiet u sa massimu ta’ għaxar t’elef ewro (€10,000.00) fis-sena jekk jibni l-maskri grotteski, li fiż-żewġ każi jkunu jkopru l-kera tal-fond. L-iSkema tkun miftuħa għal xahar mid-data tal-publikazzjoni.
L-applikazzjoni ssir jew online fuq is-sit elettroniku https://gozo.gov.mt/ jew inkella tittieħed bl-idejn il-Head Office tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali, 11 Triq it-Telgħa tal-Kastell, Victoria. Fis-sit elettroniku wieħed isib mehmuż il-Linji Gwida u Regolamenti tal-iSkema, inkluż il-kriterji tal-eliġibilità.
This post is also available in: English